Fl-ewwel okkażjoni li kellu fil-Kumitat tax-Xogħol tal-Kamra, il-Gvern offra biex isir dibattitu dwar it-tisħiħ tal-istituzzjonijiet nhar it-Tnejn li ġej. Dan fid-dawl tat-talba tal-Oppożizzjoni t-Tnejn li għadda biex titwaqqaf seduta diġà skedata.
B’mod sorprendenti, l-Oppożizzjoni talbet ħin biex tiddiskuti din it-talba bil-whip tal-Grupp Parlamentari tal-PN jgħid li jrid jiċċekkja. Din hi konferma li l-Oppożizzjoni riedet biss tfixkel ix-xogħol tal-Kamra iktar milli tiddiskuti kwistjonijiet importanti b’mod ġenwin.
Il-Gvern jappella biex l-Oppożizzjoni tilqa’ t-talba għal din id-diskussjoni fil-Parlament nhar it-Tnejn li ġej.