Wara sagħtejn u nofs ta’ kritika qawwija fil-konfront tal-gvern il-membri tal-Oppożizzjoni Nazzjonalista ħarġet il-barra mill-Parlament.
Din hija t-tieni darba fi ftit żmien li l-oppożizzjoni telqet ‘il barra mill-Parlament mal-mument li beda jitkellem il-Ministru Konrad Mizzi. Kien il-whip tal-grupp parlamentari nazzjonalista, David Agius, li qam u qal li kienu se jitilqu l-barra.
“M’għandiex il-ħila tisma’ l-fatti u tweġibhom. Għax jafu li mhux kapaċi jweġbuhom,” qal il-Ministru Mizzi li sostna li se jibqa’ jiffoka fuq il-kontenut.