Il-Partit Popolari, fl-Oppożizzjoni Spanjola, għażel lil Pablo Casado bħala l-mexxej ġdid tiegħu.
Hu intagħżel biex imexxi minflok l-eks Prim Ministru Mariano Rajoy, li tkeċċa permezz ta’ vot ta’ sfiduċja x-xahar li għadda.
Casado, ta’ sebgħa u tletin sena, wiegħed li jsolvi l-kwistjoni bejn l-Ispanjoli u l-Katalani, waqt li jixtieq iraħħas it-taxxi.
Bħalissa, l-għan ewlieni tiegħu huwa li jerġa’ jibni u jsaħħaħ il-Partit Popolari fi Spanja, hekk kif għaxar xhur oħra hemm l-elezzjonijet lokali u Ewropej.
Casado, li serva bħala l-kap tal-komunikazzjoni tal-partit tiegħu, intlaqa b’ħeġġa u b’ċapċip kbir, meta indirizza d-delegati f’Madrid.