Din is-sena erġajna rajna Oppożizzjoni li ma ġġibx l-interess ta’ pajjiżna l-ewwel. Mhux biss rajna lill-Membri Parlamentari Ewropej tagħha kontra pajjiżna, iżda qed naraw kif anke bil-logħob partiġġjan u manuvri mimlija gideb anke lesti jheddu l-proċess ta’ arbitraġġ internazzjonali li hemm għaddej barra pajjiżna.
Dan kien il-messaġġ ewlieni waqt konferenza tal-aħbarijiet indirizzata mill-Ministru Jonathan Attard u l-kandidat għall-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew, Daniel Attard, fejn sostnew kif il-kawża li fetaħ Bernard Grech kompliet tikxef il-maskra tal-Partit Nazzjonalista li juża l-istituzzjonijiet ġudizzjarji ta’ pajjiżna għal skopijiet purament populisti u partiġġjani.
Dan filwaqt li ġie sostnut li, għall-Oppożizzjoni, Malta qatt ma tiġi l-ewwel, għax l-ewwel jiġi l-interess partiġġjan tagħhom u għal Bernard Grech l-ewwel li jipprova jsalva hu.
Il-Ministru Attard spjega kif il-Gvern diġà qed iħares l-interess nazzjonali fi proċeduri ta’ arbitraġġ internazzjonali kuntrarjament għal dak li qed jgħid il-Kap tal-Oppożizzjoni bil-kawża li fetaħ kontra l-Avukat tal-Istat.
“Appellajna lill-Oppożizzjoni biex tkun responsabbli għaliex b’dak li tgħid u tagħmel tista’ tippreġudika l-istess proċeduri li għaddejjin biex niddefendu l-interess nazzjonali imma mhux talli l-Oppożizzjoni ma kienetx responsabbli talli fetħu kawża b’rikors ġuramentat, bi premessi skoretti, intenzjonalment żvijjanti u fallaċi.”
Jonathan Attard – Ministru għall-Ġustizzja
Il-kandidat għall-Parlament Ewropew Daniel Attard saħaq li l-aġir tal-Kap tal-Oppożizzjoni għandu biss mottiv wieħed, dak li jsalva ġildu, filwaqt li jkun populist f’kull aspett.
Sostna kif il-Partit Nazzjonalista mhux interess nazzjonali jrid, imma interess Nazzjonalista.
“Il-mottiv ta’ din il-kawża huwa sempliċi. Li jiddistabbilizzaw il-pajjiż, li jimminaw il-proċessi ġudizzjarji fil-Qorti u li jheddu l-proċess ta’ arbitraġġ internazzjonali li bħalissa jinsab involut fih il-Gvern u ejja ma nissottovalutawx dan il-punt għaliex bl-ikbar responsabbiltà ngħid li l-Partit Nazzjonalista l-interess tiegħu huwa li l-Gvern u l-pajjiż ifalli fl-arbitraġġ internazzjonali imma mhux ser jirnexxielu f’dan it-tragward.”
Daniel Attard – Kandidat tal-PL għall-elezzjoni tal-Parlament Ewropew
Il-Partit Laburista temm jgħid li lil hinn mill-populiżmu jistenna li l-Kap tal-Oppożizzjoni issa jwieġeb fil-proċeduri ġudizzjarji li beda hu st