Il-Gvern qal li l-oppożizzjoni qed tkun irresponsabbli għaliex qed tippretendi li l-Gvern jintervjeni f’affarijiet regolatorji tas-servizzi finanzjarji.
Fi stqarrija l-Gvern qal li jkun iktar utli li l-Oppożizzjoni tieqaf tuża lil din l-industrija bħala ballun politiku, u tibda tħares l-interess Nazzjonali.
Żied jgħid li għandu fiduċja assoluta fl-MFSA, li jaġixxi b’mod xieraq f’kull proċess.