L-Oppożizzjoni populista anke dwar l-investiment fl-armata, qed taqa’ fil-baxx u turi kemm mhix kredibbli meta tippubblika ritratti ta’ apparat skartat għax għadda żmienu. Dan intqal mill-Partit Laburista fi stqarrija.
Filfatt, huwa proprju dak li ħalliet warajha amministrazzjoni Nazzjonalista li kienet hi li 20 sena ilu ddeċidiet li ma jintużawx aktar. Bil-kelliem tal-Oppożizzjoni għalhekk qiegħed jikkritika deċiżjoni tal-Partit tiegħu stess.
Id-differenza hi li l-Partit Laburista fil-Gvern investa f’kull parti tal-Forzi Armati ta’ Malta. Fil-fatt, kif kellha tammetti l-Oppożizzjoni stess, l-armata żiedet l-investiment tagħha f’oqsma diversi skont il-ħtiġijiet moderni tal-lum u mhux baqgħet b’apparat li kien tajjeb deċenji ilu.
Mhux hekk biss, il-Gvern Laburista daqskemm investa fil-faċilitajiet investa fil-ħaddiema li jafu sew kif illum għandhom għodda li ma kellhomx qabel. U dak li jgħodd għall-armata jgħodd għall-forzi dixxiplinati kollha.
Il-Partit Laburista qed juri ftit ritratti li diġà huma pubbliċi u li juru l-investiment li sar fl-armata. Darren Carabott qed juri kemm hu politiku cheap, bħall-kap tiegħu.

AQRA WKOLL: