Fi stqarrija, l-Partit Laburista qal li ladarba l-fazzjoni estrema tal-Partit Nazzjonalista ħarġet titlob ir-riżenja tal-Ministru Byron Camilleri, Bernard Grech kellu jagħmel bħalha u jgħid l-istess.
Daqshekk hu mmexxi minn imnieħru l-Kap tal-Oppożizzjoni, illi li kien għalih u l-fazzjoni estrema tiegħu jirriżenja kulħadd u jmexxi l-Kap de facto Karol Aquilina. B’xorti tajba dik l-għażla għamilha u jibqa’ jagħmila l-poplu u mhux hu.
Grazzi għal dik l-għażla l-forzi dixxiplinati f’pajjiżna ngħataw l-aqwa kundizzjonijiet fl-istorja u l-aqwa riżorsi, Malta ġie mal-iktar għaxar pajjiżi siguri fid-dinja, pajjiżna ndirizza sfidi kbar bħal immigrazzjoni rregolari, beda sensiela kbira ta’ riformi fil-ħabs, u ferm iktar minn hekk.
Dan kollu Bernard Grech mhux lest jirrikonoxxih, minflok għażel li jirrepeti l-gidba ta’ 18,000 li ladarba rrepetiha issa għad irid iwieġeb għaliha wkoll.