Għandna Oppożizzjoni “mifxula u bla viżjoni”.
Qal dan id-Deputat Laburista Michael Farrugia, li huwa ċ-Chairperson tal-Kumitat Parlamentari għall-Konsiderazzjoni ta’ Abbozzi tal-Liġi, waqt il-bullettin tas-7:30pm ta’ ONE.
Huwa qal dan b’reazzjoni għall-aġir tal-Oppożizzjoni, li minħabba l-qasma li hemm fiha spiċċat waħħlet vot li permezz tiegħu kienet se tkompli tiġi msaħħa l-ġlieda kontra l-kriminalità f’pajjiżna.
Michael Farrugia spjega li huwa ħareġ avviż biex il-laqgħa tal-Kumitat issir illum u qal li fl-ebda ħin ma kien hemm xi talba formali mill-membri tal-Oppożizzjoni f’dan il-kumitat sabiex tiġi posposta. B’hekk, din il-laqgħa saret.
Huwa spjega li, wara 20 minuta li bdiet il-laqgħa, il-membri tal-Oppożizzjoni baqgħu ma ġewx u evetwalment ma setax jittieħed vot dwar it-tibdil legali propost. Dwar dan it-tibdil irid ikun hemm qbil bejn il-Gvern u l-Oppożizzjoni minħabba li jirrikjedi bidla fil-Kostituzzjoni.
AQRA AKTAR: