L-Oppożizzjoni Nazzjonalista mhux tikkommetti ruħha kif se tivvota għal-liġijiet li ressaq il-Gvern dwar ir-riformi fil-ġudikatura, it-tisħiħ fis-saltna tad-dritt u l-governanza t-tajba.
Dawn l-abbozzi li kienu proposti li ntlaqgħu mill-Kummissjoni Venezja u mill-Kummissjoni Ewropea, il-whip tal-grupp Parlamentari Nazzjonalista Robert Cutajar ma qalx kif se tivvota l-Oppożizzjoni.
“Kellu jgħaddi l-abbozzi li prattikament għaddejnihom aħna fuq il-mejda tal-kamra. -Jiġifieri se tivvutaw favurhom- Dak issa meta jiġi l-mument tkun taf x’se nagħmlu. – Jekk huma proposti tagħkom se tivvutaw favurhom.”
Huwa qal dan fuq ix-xandir nazzjonali fejn waqt diskussjoni mal-whip tal-Gvern Glenn Bedingfield, Cutajar ftaħar li dawn il-liġijiet ġejjin bis-saħħa tal-Partit Nazzjonalista iżda imbagħad baqa’ jaħrab milli jwieġeb kif se jivvota l-Partit Nazzjonalista
“Pero l-ewwel erba’ abbozzi se tivvutaw favurhom? Meta jiġi l-mument tkun taf.”
Din mhux l-ewwel darba li l-Partit Nazzjonalista ħarab milli jiddeċiedi f’materja importanti għall-pajjiż. Riċentament il-Partit Nazzjonalista l-ewwel ma kkomettiex ruħu li se jidħol għall-iskrutinju parlametari tal-Kummissarju l-ġdid tal-Pulizija imbagħad ddeċieda li ma jidħolx għall-grilling t’Angelo Gafà.
Dan minkejja li l-proċess għall-ħatra ta’ Kummissarju tal-Pulizija kien imfaħħar minn ħafna inkluż mill-Kummissjoni Venezja hekk kif il-Prim Ministru reħa l-poter minn idu li jaqbad u jagħżel il-Kummissarju tal-Pulizija u minflok tmexxa proċess t’għażla wara sejħa pubblika, mill-Kummissjoni Indipendenti għas-Servizz Pubbliku.
Intant il-programm fuq l-istazzjon nazzjonali tratta wkoll il-materja tar-rispett bejn id-deputati fil-Parlament.
Hawnhekk ikkummenta d-deputat Laburista Glenn Bedingfield.
“Araw id-diskors li jsir fil-parlament u tindunaw min jirispetta. Għandna Oppożizzjoni li qas tirrispetta lill-Kap tagħha stess aħseb u ara kemm se tirrispetta lilna.”
“Hu qed jgħidu dan ta jiġifieri