L-Oppożizzjoni Nazzjonalista ma riditx tħalli lill-Prim Ministru Robert Abela milli jagħmel stqarrija Ministerjali dwar il-każ tal-esebiti tal-Qorti.
Dr Abela twaqqaf mill-għajjat u isteriżmu tal-eks Kap Nazzjonalista Adrian Delia u mill-ġdid, l-Ispeaker Anġlu Farrugia reġa’ ssospenda l-Kamra u hekk intemmet is-seduta għal-lejla.
Mill-ftit affarijiet li tħalla jgħid mill-istqarrija Ministerjali, il-Prim Ministru qal li hemm inkjesta Maġisterjali u anki dik Ministerjali.
Sostna li dan il-każ jitlob il-maturita politika u huwa episodju li qed jittieħed bis-serjeta mill-Gvern.
Il-Prim Ministru stqarr li l-Gvern qed jagħti r-riżorsi kollha biex dawk dan il-każ jissolva u jitressqu dawk kollha responsabbli.
Aqra aktar: