Il-Gvern innota l-oġġezzjonijiet bla bażi tal-Oppożizzjoni dwar il-ħatra tas-Sur Mifsud fil-kariga ta’ chairman tal-Awtorità tax-Xandir.
Il-Gvern spjega li l-Kap tal-Oppożizzjoni għażel li jagħmel pubbliċi l-ismijiet li ppropona waqt il-konsultazzjoni.
Fil-proċess il-Prim Ministru wera flessibilità, iżda l-Kap tal-Oppożizzjoni baqa’ joġġezzjona.
- L-ewwel nett, is-Sur Mifsud m’għandux kariga eżekuttiva fil-kumpanija privata tiegħu, bħal ma qal il-Partit Nazzjonalista
- It-tieni nett, il-Kap tal-Oppożizzjoni nnomina membru li jservi fil-Bord tal-Awtorità tax-Xandir, is-Sur Chris Scicluna, li wkoll jaħdem f’dan il-qasam b’mod dirett u f’karigi eżekuttivi.
- It-tielet nett, persuna li nnomina l-Kap tal-Oppożizzjoni minflok is-Sur Mifsud kienet is-Sur Anthony Tabone li serva bħala chairman tal-bord mill-2011, u reġa’ nżamm fil-kariga anke taħt din l-amministrazzjoni. Is-Sur Tabone, li wettaq dmirijietu f’din il-kariga bl-iktar mod rispettabbli, ukoll kellu rwol ewlieni f’kumpanija li kellha relazzjonijiet kummerċjali bħala klijent ewlieni tal-PBS.
B’hekk, l-oġġezzjonijiet tal-Oppożizzjoni jikxfu double standards ta’ min irid jopponi u jsib difett f’kollox u f’kulħadd. – GVERN