Il-kap Nazzjonalista Adian Delia mar lura minn kelmtu u ddikjara fil-Parlament li l-Oppożizzjoni se tkun qiegħda tivvota kontra l-emendi fil-liġi tal-IVF.
għalekk ħa nivvota kontra din il-liġi, għalekk il-partit nazzjonalista huwa kontra kontra din il-liġi, għalekk l-oppożizzjoni hija kontra din il-liġi
Dan il-kliem intqal ftit tal-ġimgħat biss wara li l-istess Delia ddikjara li se jkun qed jagħti free vote dwar l-emendi mressqa mill-Gvern li se jagħtu aċċess lill-aktar persuni sabiex jibbenefikaw mill-IVF.
F’diskors imqanqal Delia ħadha qatta’ bla ħabel kontra l-emendi proposti għal-liġi tal-IVF fejn saħansitra infexx f’dagħdigha sħiħa kontra l-Kummissajru tat-Tfal wara li ddikjarat li hija taqbel ma dawn l-emendi.
min se jiddefendiha? ma naħsibx li se tkun il-kummissarju tat-tfal illi qalet li taqbel ma din il-liġi…kif tista ssejjaħ lilek innifsek kummissarju tat-tfal…il-kummissarju tat-tfal ma tafhomx dawn id-drittijiet ma qratahomx jew inkella agħar ma jimpurtaħiex!
Fid-diskors tiegħu, Delia kkritika wkoll l-emenda dwar is-surrogazzjoni, emenda li d-Deputat Claudio Grech ddikjara pubblikament li f’każijiet eċezzjonali il-Partit Nazzjonalista jaqbel magħħha.
fejn jidħlu l-eċċezzjonijiet marbutin ma’ saħħa ma’ mard u ma’ problemi tal-koppja illi ma tkunx tista’ jkollok it-tfal aħna ma għandna l-ebda oġġezzjoni
B’dawn l-istqarrijiet konflinġenti il-Partit Nazzjonalista mmexxi mill-Kap Adrian Delia m’hu qed jagħmel aktar ħlief li jipprova jippolitiċiżża emenda li se tkun qed tagħti d-dritt lil aktar familji sabiex ikollhom l-ulied.
Emenda li ġiet milqugħa mill-Assoċċjazzjoni Ewropea għall-Fertilità u kif ukoll li hija konformi mal-linji gwida tal-Għaqda Dinjija għas-Saħħa fejn b’mod skjett isostnu li mhux etiku li ċċaħħad it-trattament tal-IVF lill-persuni infertili u jgħidu wkoll li kull trattament li jinstab li jkun efettiv għandu jkun disponibbli għal kulħadd.