Il-kandidat tal-Oppozizzjoni għall-elezzjoni Presidenzjali fil-Kenja Raila Odinga qal li s-sistema teknoloġika tal-kummissjoni elettorali kienet imbagħbsa u għaldaqstant ġie mmanipulat r-riżultat elettorali.
Huwa rrifjuta li jaċċetta r-riżultat proviżorju ta’ nhar it-Tlieta li indikaw li l-PresidentUhuru Kenyatta kien qed jirbaħ b’maġġoranza konsiderevoli.
Il-Kap tal-elezzjoni fil-Kenya Wafula Chebukati qal li għandu fiduċja fis-sistema. Madanakollu se jkun qed jinvestiga dawn l-allegazzjonijiet.
Huma ħafna dawk li qed jibżgħu li l-episodji vjolenti wara l-elezzjoni ta’ għaxar snin ilu jerġgħu jirrepetu ruħhom.