Il-Prim Ministru Robert Abela qal li l-opinjonijiet u l-ideat tat-tfal u ż-żgħażagħ huma imprezzabbli.
Dan saħqu wara li ħa sehem f’sessjoni virtwali tal-Parlamment ta’ Eko-skola, fejn il-Prim Ministru kellu ċ-ċans jisma’ x’kellhom xi jgħidu l-istudenti.
Dr Abela aċċenna b’sodisfazzjon l-irwol attiv tat-tfal u ż-żgħażagħ, li qegħdin jagħmlu differenza biex pajjiżna jkun aħjar mhux biss fil-preżent iżda anke fil-futur.