Se jitnaqqsu wkoll l-operazzjonijiet mhux urġenti biex jitħallew 60 sodda oħra li jistgħu jintuzaw għall-kura tal-pazjenti.
Qed jiġu liberati wkoll 80 sodda fl-Isptar Ġenerali t’Għawdex.
Id-Deputat Prim Ministru Fearne spjega li apparti d-domanda tal-isptar se tiżdied, se jiżdiedu wkoll is-soddod fl-ITU. Bħalissa l-ITU jesa’ 20 sodda imma tul dawn l-aħħar ġimgħat għandna 14-il sodda ġodda wara li tlestew żewġ ITUs oħra. Hemm ħmistax-il sodda oħra disponibbli ta’ kura kritika fis-CCU u CICU.
Ħa jaslu aktar ventilators oħra għall-ITU u pajjiżna għandu 49 ventilator ġdid. B’dan ix-xogħol se jkollna 100 sodda ta’ ITU. Spjega li per capita din hija l-ogħla rata ta’ soddod ta’ ITU fl-Ewropa.