L-operaturi ta’ każin tal-banda inħelsu mill-akkużi li ppermettew logħob mhux liċenzjat fuq slot machines fil-bini tagħhom, wara li l-Qorti nnutat li l-logħob offrut kien rikreazzjonali u mhux tax-xorti.
F’spezzjoni li saret fl-2011 fil-Każin tal-Banda Unjoni ta’ Ħal Luqa, instabet magna ta’ five-in-line, li minkejja li ma kinitx qed taħdem, ittieħdet bħala evidenza.
Fil-Qorti ntqal li l-magna kienet tieħu żewġ ewro u min jilgħab, seta jirbaħ flus jew premji oħra. Kien konkluż li l-istess magna kienet toffri logħob rikreazzjonali, filwaqt li kien osservat li ma tressqet l-ebda evidenza li turi li l-magna kellha x’taqsam mal-gambling.
Il-Qorti qalet li l-prosekuzzjoni akkużat lil Josef Zammit, Dione Degabriele and Eric Charles Camilleri bl-akkuża ħażina, hekk kif l-azzjonijiet tagħhom ma kellhomx x’jaqsmu mal-att ikkontemplat.