121 immigrant li ġew salvati mill-NGO Spanjola Open Arms jinsabu maqbuda fuq l-ibħra bejn Malta u l-Italja. Filwaqt li 48 immigrant ieħor idaħħlu f’Lampedusa.
Fi stqarrija l-Open Arms appellat lill-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea biex jilħqu ftehim biex dawn l-immigranti ma jibqgħux sema u art. Il-fundatur tal-organizzazzjoni qed jitlob għal soluzzjoni simili għal dik tal-vapur Ġermaniż Alan Kurdi. L-Italja baqgħet ma rrisponditx wara li l-Ministri Taljani Danilo Toninelli, Elisabetta Trenta u Matteo Salvini ffirmaw dokument li ma jippermettix lill-immigranti jidaħħlu l-Italja.
Il-Ħadd li għadda f’Malta ddaħħlu 40 immigrant mill-bastiment tal-Alan Kurdi. Immigranti li kollha kemm huma se tqassmu f’pajjiż oħra tal-Unjoni Ewropea u li ħadd minnhom mhu se jinżamm Malta.
Ritratt: TGCOM24