Fuq medda ta’ disa’ snin in-nisa jaħdmu u li għandhom it-tfal żdiedu bi kważi 24%.
Dan skont statistika ppubblikata mill-Uffiċċju tal-Istatistika tal-Unjoni Ewropea, il-EUROSTAT.
Din uriet li filwaqt li fl-elfejn u ħdax, meta ma kienx hawn is-servizz taċ-childcare offrut b’xejn, kien hawn ftit iżjed minn ħamsa u ergħin fil-mija tan-nisa jaħdmu li huma ommijiet, is-sena l-oħra, is-sena tal-pandemija, kien hawn kważi sebgħin fil-mija tan-nisa li għandhom it-tfal u jaħdmu.
Mill-istess statistika ħareġ li s-sena l-oħra, l-irġiel u nisa Maltin li għandhom it-tfal u jaħdmu kienu jammontaw għal disgħa u sebgħin fil-mija.
Hawnhekk Malta tinsab mal-ewwel sitt pajjiżi fl-Unjoni Ewropea u taqbeż il-medja tal-Unjoni Ewropea b’aktar minn ħamsa fil-mija.
Meta tikkumpara mar-rata li kien hemm fl-elfejn u ħdax ma’ tas-sena l-oħra kien hemm żieda ta’ aktar minn ħmistax fil-mija.
Meta nitkellmu dwar is-sessi, l-irġiel li għandhom it-tfal u jaħdmu tul is-sena li għaddiet jammontaw għal sebgħa u tmenin punt ħamsa fil-mija.
Hawnhekk Malta ġiet fit-tieni post, hekk kif ir-Repubblika Ċeka għandha biss iżjed missirijiet jaħdmu.
F’din il-kateġorija, Malta taqbeż il-medja Ewropea bi kważi tmienja fil-mija.
Mill-elfejn u ħdax, ir-rata ta’ Malta żdiedet b’aktar minn sitta fil-mija.
Filwaqt li n-nisa Maltin bit-tfal li jaħdmu, is-sena l-oħra ammontaw għal disgħa u sittin punt tlieta fil-mija.
Hawnhekk, ir-rata ta’ Malta tiżboq il-medja Ewropea b’wieħed punt wieħed fil-mija.