L-Ombudsman Parlamentari, Anthony Mifsud, preżenta l-Ombudsplan għas-sena 2022 lill-Ispeaker tal-Kamra tar-Rappreżentanti Anġlu Farrugia.
Dan id-dokument jagħti rendikont finanzjarju tas-sena 2021 tal-ogħla istituzzjoni f’pajjiżna.
Barra minn hekk, jagħti estimu ta’ nefqa għas-sena 2022, jindika l-attivitajiet maħsuba għas-sena 2022 u jitratta wkoll materji li fl-opinjoni tal-Ombudsman jistgħu jgħinu biex dejjem titjieb l-amministrazzjoni pubblika.
L-Ispeaker tal-Kamra ser ikun qed iqiegħed kopja ta’ dan id-dokument fuq il-mejda tal-kamra biex ikun jista’ jiġi diskuss fil-Kumitat dwar ix-Xogħol tal-Kamra u wara jitressaq għall-approvazzjoni tal-istess Kamra tad-Deputati.