L-Ombudsman Parlamentari ppreżenta r-Rapport Annwali tal-Uffiċċju tal-Ombudsman għall-2020 lill-President tal-Kamra tad-Deputati Anġlu Farrugia.
Ir-Rapport Annwali li ppreżenta s-Sur Anthony Mifsud jiffoka fuq l-2020, is-sena li fiha l-Uffiċċju fakkar il-ħamsa u għoxrin anniversarju mit-twaqqif tal-istituzzjoni, apparti li kienet sena ta’ kriżi globali minħabba l-pandemija.
Matul l-2020, l-Uffiċċju tal-Ombudsman irċieva 503 ilmenti, ħmistax fil-mija anqas mis-sena ta’ qabel. Dawn ġew investigati fost l-oħrajn mill-Kummissarju għas-Saħħa, mill-Kummissarju għall-Ambjent u l-Ippjanar u l-Kummissarju għall-Edukazzjoni.
Kien hemm ukoll ftit anqas minn ħames mitt talba għall-għajnuna, tnaqqis ta’ seba’ fil-mija mis-sena ta’ qabel.
Ritratt – SPK