L-Ombudsman għall-Edukazzjoni ċaħad ilment minn Peter Gatt fuq kif kien magħmul il-bord tal-istudji tal-MCAST.
Fi stqarrija, l-MCAST qal li l-ilment ta’ Gatt ġie miċħud mill-Kummissarju Vincent De Gaetano.
F’rapport, il-Prim Imħallef Emeritu sab li mhux minnu li l-bord ma kienx kompost skont il-liġi, kif allega Peter Gatt.
Peter Gatt bħala lettur tal-MCAST kellu kwistjoni mal-kulleġġ wara li kien twaqqaf milli jgħallem fl-MCAST.