L-Ombudsman Anthony C. Mifsud, illum appunta tlett kummissarji sabiex iservu bħala kummissarji għall-investigazzjoni amministrattiva.
Il-Kummissarji huma dawk għas-saħħa, edukazzjoni u għall-ambjent u l-Ippjanar.
Charles Caruana Carabez ġie appuntat bħala Kumissarju għall-Eduzazzjoni wara li l-Professur Charles Farrugia irtira.
Carmel Messina ġie riappuntat għall-ħames snin oħra bħala Kummissarju għas-Saħħa.
Filwaqt li l-Perit Alan Saliba ġie appuntat Kummissarju għall-Ambjent u l-Ippjanar sabiex jieħu post il-predeċessur tiegħu l-Perit David Pace.
Bħall-Ombudsman, il-Kummissarji huma ufficjali tal-Parlament awtonomi u għandhom l-istess indipendenza u sigurtà.