L-Ombudsman tal-Unjoni Ewropea Emily O’Reily aċċettat it-talba tal-Ewroparlamentari Laburista Alex Agius Saliba sabiex tibda investigazzjoni fil-każ ta’ diskriminazzjoni kontra ċittadini Maltin li applikaw sabiex jaħdmu fl-Uffiċċju tal-Kummissjoni Ewropea f’Malta.
F’kitba fuq Facebook, Agius Saliba qal kif dan minbarra każ ieħor illi bdiet it-Trade Union Renouveau Democracie illi tirrapreżenta lill-ħaddiema tal-istituzzjonijiet b’ rabta mal-mod kif qed tiġi trattata l-lingwa Maltija fi proċessi ta’ għażla.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Huwa temm billi qal kif “id-dewmien fil-burokrazija Ewropea sabiex issir ġustizzja mhux ser jaqtali qalbi. Il-Maltin u l-Malti m’għandu xejn anqas minn ħaddieħor.”