Il-logħob Olimpiku f’Tokyo il-Ġappun, ser ikunu qed isiru bejn it-23 ta’ Lulju u 8 ta’ Awwissu tas-sena d-dieħla.
Dan tħabbar mill-bord eżekuttiv tal-Olimpjadi wara li din is-sena kellhom jitħassru minħabba l-imxija tal-Coronavirus.
Intant, il-Paralimpjadi li kienu se jsiru fit-25 ta’ Awwissu ta’ din is-sena, ġew posposti għall-24 ta’ Awwissu u l-5 ta’ Awwissu tas-sena d-dieħla.