Fil-Khalifa International Stadium, kellna l-ewwel logħba mir-rawnd tal-aħħar sittax, bejn l-Olanda u l-Istati Uniti. L-Olandiżi għaddew għall-Kwarti tal-Finali, meta ħarġu rebbieħa bl-iskor ta’ 3-1.
Wara biss għaxar minuti, l-Olandiżi fetħu l-iskor permezz ta’ Memphis Depay. Fl-ewwel minuta ta’ ħin miżjud qabel tmiem l-ewwel taqsima, Danny Blind għamilhom 2-0. Għal Blind dan kien l-ewwel gowl internazzjonali tiegħu f’74 dehra u sar it-tieni l-ixjeħ plejer li skorja għal pajjiżu.
Fis-76 minuta, l-Istati Uniti naqsu l-marġni tal-iskor u reġgħu daħlu fil-logħba. Kien Christian Pulisic li kkrossja lejn nofs il-kaxxa u Haji Wright bi flick b’lura, għeleb lill-gowlkiper avversarju. Ta’ min jgħid li Pulisic kien dejjem involut fil-gowls li ġew skurjati mill-Istati Uniti.
Fil-81 minuta, nifs twil għall-Olandiżi meta skurjaw it-tielet gowl tagħhom. Din id-darba kien Denzel Dumfries, li kien waħdu fil-kaxxa u spara xutt b’saħħtu lejn ir-rokna tax-xibka.
Illejla fit-20:00, fl-Ahmed bin Ali Stadium, ikollna l-Arġentina kontra l-Awstralja.
Ritratt: John Sibley/Reuters