Awtoritajiet Olandiżi għadhom kemm iddeċidew li m’hemmx aktar ilbies tal-burqa f’ċertu postijiet pubbliċi. Dan huwa l-velu milbus minn nisa Musulmani bħala parti mill-kultura tagħhom. Din se tapplika għal kull tip ta’ mezzi kif wieħed jgħatti l-wiċċ, inkluż maklu tal-iski u helmets f’postijiet bħall-iskejjel, sptarijiet, u fuq il-mezzi ta’ trasport pubbliku.
Madanakollu l-burqa tista’ tintlibes fit-triq.
Il-Prim Ministru Mark Rutte qal li din id-deċiżjoni m’għandhiex x’taqsam mar-reliġjon, imma fix-xewqa li jkun hemm bilanċ bejn il-ħelsien u l-komunikazzjoni.