Il-Prim Ministru Joseph Muscat laqa’ f’Kastilja lill-Minstru għall-Finanzi Olandiż u President tal-Eurogroup Jeroen Dijsselbloem.
Fost oħrajn iddiskutew il-Presidenza tal-Kunsill, il-futur tal-unità monetarja u Brexit.
Qal li jinsab kuntent li Malta u l-Olanda lesti jikkollaboraw aktar mill-qrib, anke fid-dawl tal-Presidenza Maltija għas-sitt xhur li ġejjin. Qal li hemm bżonn li kulħadd jifhem ir-realtà ta’ pajjiżi żgħar, b’mod partikolari fis-settur bankarju. Fakkar li pajjiżna jista’ jitkellem minn aspett pożittiv, minħabba t-tkabbir ekonomiku li l-pajjiż qed jseperjenza u t-tnaqqis fid-defiċit. Emfasizza li Malta mhix sterjotip ta’ pajjiż membru Ewropew u tifhem il-kuntest ta’ realtajiet differenti.
Il-Ministru Olandiż qal li Malta hija eżempju għall-bqija tal-Ewropa minħabba t-tkabbir ekonomiku, u esprima ħeġġa li jikkollabora ma’ presidenza Maltija.