Illum huwa l-aħħar jum li l-Olanda qed tivvota fl-elezzjoni biex teleġġi Gvern ġdid.
Elezzjoni li jaf tara lill-Prim Ministru preżenti Mark Rutte jerġa’ jikseb il-poter.
L-ewwel elezzjoni li ttellgħet fi żmien il-pandemija saret fuq tlett ijiem, bl-anzjani u dawk li huma vulnerabbli ngħataw ċans jivvotaw qabel kulħadd bħala prekawzjon.
Din l-elezzjoni se tkun il-verdett dwar kif Rutte ħa ħsieb il-pandemija, bl-istħarriġ tal-opinjoni pubblika juri kif Rutte jinsab fuq quddiem.