L-Olanda, li bħalissa tinsab f’nofs lockdown parzjali, introduċiet miżuri aktar restrittivi fid-dawl taż-żieda fil-każijiet ta’ Covid-19 u l-varjant Omicron.
Għat-tliet ġimgħat li ġejjin, postijiet ta’ ospitalità u kulturali fosthom mużewijiet iridu jgħalqu sal-ħamsa ta’ waranofsinhar.
L-awtoritajiet qegħdin iqisu dawn il-miżuri bħala kruċjali biex jipprevjenu influss qawwi fl-isptarijiet tal-pajjiż.
Bħalissa grupp ta’ 61 persuni li waslu f’Amsterdam fuq żewġ titjiriet mill-Afrika t’Isfel jinsabu iżolati u qed jiġu ttestjati għall-varjant Omicron.