Ilbieraħ, membri mill-OHSA u anki mill-BCA kienu fil-qalba f’Tas-Sliema biex komplew jgħarrfu lill-komunità dwar il-helpline 138, li tnieda ftit tax-xhur ilu biex ikompli jiġi ffaċilitat l-aċċess bejn l-awtoritajiet u ċ-ċittadin.
Dwar din l-inizjattiva kiteb fuq Facebook, il-Ministru responsabbli mir-Riforma fis-Settur tal-Kostruzzjoni, Jonathan Attard.
Il-Ministru Attard sostna li fil-jiem li ġejjin, iż-żewġ aġenziji se jkomplu jżuru aktar lokalitajiet biex jitkompla kuntatt maċ-ċittadini, waqt li jitwieġbu l-mistoqsijiet tan-nies u anki jkun spjegat aktar fid-dettall dan is-servizz.