L-Awtorità għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol nediet linji gwida għall-kunsilli lokali biex tiġi mħarsa is-saħħa u s-sigurtà.
Fl-aħħar ġimgħat uffiċjali tal-awtorità żaru l-kunsill lokali u ħassew il-ħtieġa li jiġi imniedi dan id-dokument.
Il-Ministru Helena Dalli faħħret l-impenn tal-OHSA għal dawn il-linji gwida u saħqet li l-Kunsill Lokali li huma gwardjan għaċ-ċittadin għandhom jassiguraw li tinżamm is-saħħa fuq il-post tax-xogħol.