Ħaddiema li jaħdmu fis-sħana u fix-xemx għandhom jieħdu l-miżuri kollha neċessarji biex jiġu evitati problemi ta’ saħħa jew konsegwenzi serji.
Dan qalitu l-Awtorità għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol, l-OHSA, fi stqarrija fejn ġibdet l-attenzjoni hekk kif kulma jmur t-temperaturi reġgħu għolew u bħalissa qed inbatu minn mewġa ta’ sħana.
Riċentament l-OHSA ppubblikat linji gwida li fihom informazzjoni relatata mal-perikli assoċjati ma’ xogħol fis-sħana jew fix-xemx flimkien mal-miżuri li jridu jittieħdu.
Din il-gwida hija aċċessibbli kemm bil-Malti kif ukoll bl-Ingliż u tista’ titniżżel b’xejn mill-paġna ta’ Facebook tal-OHSA.