L-Awtorità għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol, qed tinvestiga inċident li seħħ illum f’Birżebbuġa, li fih weġġa’ ħaddiem li kien qed juża makkinarju li jaqta’ l-ħaxix.
Il-każ seħħ dalgħodu bejn is-sebgħa u t-tmienja ta’ filgħodu fi Triq Ħal Far, meta raġel ta’ wieħed u ħamsin sena minn Santa Venera sofra xi ġrieħi waqt li kien qed jaqta’ xi siġar.
Fil-ħin tal-inċident kienu għaddejjin xi Pulizija tad-Distrett waqt ronda.
Kelliem għall-Pulizija kkonferma l-każ ma’ ONE News u qalilna li r-raġel sofra xi ġrieħi fis-swaba’ t’idu.
L-OHSA qed tinvestiga l-każ.