L-Awtorità Maltija għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol, l-OHSA qalet kif waqt l-ispezzjonijiet li saru fl-aħħar 24 siegħa, sabet numru ta’ irregolaritajiet, waqt l-ispezzjonijiet li jsiru ta kuljum.
Dan intqal fuq il-paġna uffiċjali ta’ Facebook tal-awtorità, fejn intqal kif dawn l-irregolaritajiet instabu minkejja l-liġijiet u l-kampaniji li jsiru.
Fost każijiet li sabet l-Awtorità hemm slielem fuq xulxin u postijiet ta’ kostruzzjoni mhux magħluqa.
L-Awtorità qalet li hija kommessa li jkomplu jinforzaw is-saħħa u s-sigurtà fuq il-postijiet tax-xogħol, li jridu jkunu irrispetati l-ħin kollu.
Intant, f’kitba fuq Facebook, il-Ministru għall-Ippjanar Stefan Zrinzo Azzopardi qal li l-ħaddiema li jaħdmu f’kundizzjonijiet bħal dawn huma għal kollox inaċċettabbli.
Il-Ministru Zrinzo Azzopardi żied jgħid li s-saħħa tal-ħaddiema hija prezzjuża wisq.