Il-Qorti Kostituzzjoni, l-ogħla Qorti tal-pajjiż ċaħdet it-talba tal-għaqda mhux governattiva Repubblika li l-avukat tagħha huwa Simon Busuttil li riedet twaqqaf lill-Gvern milli jaħtar iktar ġudikanti ġodda. Dan sakemm tiġi deċiża kawża li fetħet l-istess entità li fiha qed titlob li twaqqaf lill-Gvern milli jkompli jaħtar iktar Imħallfin u Maġistrati skont sistema iktar trasparenti u miftuħa li l-Parlament kollu, inkluż Simon Busuttil u Jason Azzopardi kienu vvotaw favuriha.
Repubblika riedu li l-Qorti żżomm lill-Gvern milli jkompli jaħtar iktar ġudikanti sakemm tiġi deċiża din il-kawża, u riedu wkoll li l-kawża tmur quddiem il-Qorti tal-Unjoni Ewropea.
Iżda fid-deċiżjoni tagħha, il-Qorti Kostituzzjonali ċaħdet it-talba li l-Gvern jinżamm milli jaħtar iktar ġudikanti sakemm tiġi deċiża din il-kawża.
Il-Qorti Kostituzzjonali lanqas ma bagħtet il-kawża quddiem il-Qorti tal-Unjoni Ewropea.
Minflok il-Qorti bagħtet il-kawża fl-ewwel grad biex tkompli tistema’.