Kien ftit wara li daqqu nofsinhar x’ħin l-awtoritajiet tal-pajjiż fetħu l-maratona annwali ta’ ‘L-Istrina’.
Il-President ta’ Malta George Vella, fl-aħħar Istrina tiegħu, appella biex ngħinu lil dawk li jkollhom bżonn il-Fondazzjoni Malta Community Chest. Huwa qal li jinsab konvint li l-poplu Malti se jerġa’ jkun ġeneruż bħas-snin ta’ qabel.
Min-naħa tiegħu, il-Prim Ministru Robert Abela qal li din il-ġurnata turi tliet valuri tal-poplu Malti, dak tal-ġenerożità, is-solidarjetà u l-empatija. Dan hekk kif l-għada tal-Istrina l-poplu Malti jgħin fit-toqol tas-salib tat-tbatija u ngħinu lil xulxin.
Dr Abela sostna li f’ġurnata bħal din ninsew l-indiferrenzi li jkun hemm matul is-sena u kulħadd jgħin lil dawk fil-bżonn.
Preżenti kien ukoll hemm martu Lydia u binthom Giorgia Mae.
Preżenti wkoll kien hemm l-Arċisqof ta’ Malta Charles Scicluna, il-Kap tal-Oppożizzjoni Bernard Grech u s-Sindku ta’ Ħal Kirkop Terrence Agius.