Fost il-mijiet li matul il-ġurnata tal-lum sellmu lil Dun Victor Grech, kien hemm l-ogħla awtoritajiet tal-pajjiż.
Fil-fatt, waranofsinhar, il-President ta’ Malta Myriam Spiteri Debono żaret il-Kappella taċ-Ċentru Terapewtiku ta’ San Blas fejn Dun Victor Grech ġie espost minn kmieni filgħodu.
Attendiet ukoll delegazzjoni mill-Partit Laburista, li kienet magħmula mid-Deputat Mexxej għall-Affarijiet tal-Partit Laburista, Alex Agius Saliba, il-Kap Eżekuttiv tal-Partit Laburista, Leonid McKay u l-President tal-Partit Alex Sciberras.
Aktar tard, il-Prim Ministru Robert Abela wkoll ta qima lill-istess fundatur tal-Caritas Malta.
F’kumment lil ONE News, hu enfasizza l-imħabba li xerred Dun Victor Grech sal-aħħar nifs ta’ ħajtu.