Fl-Istati Uniti, familja tipika b’żewġ ulied, wieħed ta’ sentejn u l-ieħor ta’ 3 snin, huwa stmat li trid tonfoq xejn inqas minn 32% mid-dħul tagħha għas-servizzi taċ-childcare.
Fiċ-Ċekja, familja simili trid tonfoq 28% tad-dħul tagħha, familji fl-Irlanda u fir-Renju Unit iridu jonfqu 25%, u fl-Iżvizzera 21%.
Dan joħroġ minn statistika ppubblikata mill-Organizzazzjoni gћall-Kooperazzjoni u l-Iżvilupp Ekonomiku (l-OECD) dwar l-ispiża li jridu jagħmlu l-familji f’pajjiżi differenti madwar id-dinja għaċ-childcare. Id-dejta nġabret f’Jannar tal-2022.
B’kuntrast, f’Malta s-servizz taċ-childcare jingħata totalment b’xejn permezz ta’ miżura li ħa l-gvern Laburista. Dan ifisser li, f’pajjiżna, il-familji ma jridu jonfqu assolutament xejn għal dan is-servizz, li f’pajjiżi oħrajn jieklu somma sostanzjali minn dak li l-familji jkunu qalgħu bil-ħidma tagħhom.
Din is-sena, il-Gvern qed jinvesti €36 miljun biex il-familji mhux biss ma joħorġu xejn mill-but imma b’kollox, bħala medja, kull familja tiffranka mal-€5,000 fis-sena.