Anqas burokrazija tfisser aktar spazji miftuħa għal familji.
L-aħħar kritika tal-Oppożizzjoni hija eżempju ieħor ta’ kif il-Partit Nazzjonalista jibqa’ jitkellem kontra l-proġetti li verament jagħmlu d-differenza għall-ambjent u għall-kwalità tal-ħajja tan-nies. Il-Gvern qed jaħdem biex jagħti aktar spazji ħodor lill-poplu, iżda l-PN, bil-mod tipiku tiegħu, jipprova jbeżża’ u jdawwar il-verità.
Permezz tal-emendi proposti, qed niżguraw li proġetti ta’ tħaddir u ħolqien ta’ spazji ħodor isiru b’inqas burokrazija u b’mod effettiv għall-benefiċċju tal-pubbliku. Il-PN, fl-interess tiegħu li nistennew sitt xhur jew aktar għal permess, jippreferi jfixkel din il-ħidma, għax ma jridx li l-gvern jindirizza dak li verament iridu n-nies.
Il-Gvern jibqa’ kommess li jsaħħaħ l-ambjent u mhux inaqqas il-protezzjoni tiegħu.
Il-mistoqsija hija waħda: għaliex il-PN ma jridx iktar spazji ħodor f’pajjiżna?
Dan il-Gvern se jibqa’ jaħdem favur l-ambjent, mhux bil-kliem, imma bil-fatti.