F’laqgħa bejn il-Kummissarju Ewropew għas-Saħħa u s-Sigurtà tal-Ikel Vytenis Andriukaitis u l-Ministru għas-Saħħa Malti Chris Fearne, qed tiġi diskussa fost l-oħrajn l-obeżità, b’mod partikolari fost it-tfal.
Il-Ministru Chris Fearne tkellem dwar il-prioritajiet ta’ Malta fil-qasam tas-saħħa għall-ewwel sitt xhur tal-2017 proprju meta Malta se jkollha f’idejha l-Presidenza Ewropea.
Il-Ministru jittama li l-Presidenza sservi ta’ sisien biex din il-problema tkompli tkun indirizzata.
Semma l-bżonn t’aktar sinerġija bejn pajjiżi Ewropej għas-servizzi mediċi, speċjalment fejn jidħol mard rari.
Finalment hemm il-bżonn t’aktar riċerka dwar l-HIV u l-Aids, fid-dawl li r-rata ta’ din il-marda fl-Ewropa, inkluz f’Malta, kull ma jmur qed tiżdied.