Ċifri mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika juru li l-produzzjoni industrijali f’pajjiżna f’Jannar li għadda rat tkabbir ta’ kważi 3% meta mqabbla mal-istess xahar tas-sena l-oħra. Fost l-elementi prinċipali li wasslu għal dan it-tkabbir kien hemm żieda ta’ 39% fil-produzzjoni tal-enerġija, u żieda ta’ 4.5% f’oġġetti kapitali.
Intant, il-produzzjoni industrijali f’Jannar 2019 rat żieda ta’ 2.3% meta mqabbla ma’ Diċembru tas-sena l-oħra.
Hawnhekk kien hemm żieda ta’ 4% fil-produzzjoni tal-enerġija, 2.4% f’oġġetti intermedjarji, u 0.6% f’oġġetti kapiatli.