FʼLulju ta’ din is-sena, l-impjiegi full-time żdiedu b’sebgħa punt ħamsa fil-mija, filwaqt li dawk part-time bħala l-impjieg ewlieni tagħhom żdiedu bi tlieta fil-mija meta mqabblin maʼ Lulju taʼ sena qabel.
Tagħrif amministrattiv mogħti minn Jobsplus juri li, fi żmien sena, il-provvista tal-ħaddiema, esklużi dawk part-timers, qabżet il-mitejn u erbgħa u sebgħin elf. Dan kien ġej l-aktar minn żieda, sena għal sena, ta’ iżjed minn dsatax-il elf (19,132) f’impjiegi full-time u tnaqqis ta’ tnejn u tletin persuna fil-qgħad irreġistrat.
Il-maġġoranza assoluta taż-żieda kienet irreġistrata f’impjiegi full-time fis-settur privat bʼsitta u disgħin fil-mija.
L-għadd taʼ nies irreġistrati li jaħdmu għal rashom full-time telaʼ bʼ799 meta mqabbel maʼ Lulju 2022, mentri l-għadd taʼ persuni rreġistrati bħala impjegati żdiedu bi 18,333.