F’rapport, li ġie ppreżentat fil-Parlament, l-Uffiċċju Nazzjonali tal-Verifika, l-NAO, faħħar ix-xogħol estensiv li sar mid-Diviżjoni tal-Gvern Lokali u mill-Information Management Unit tal-Ministeru responsabbli fl-aħħar snin, li, fost l-oħrajn, wassal għal żieda fl-użu ta’ ħlasijiet onlajn.
L-iskop tal-analiżi tal-NAO kien li jiġi stabbilit xi żviluppi kien hemm fis-sistema tal-IT tal-kunsilli lokali minn meta ġie ppubblikat rapport preċedenti fl-2020.
Hawnhekk, l-NAO irrakkomanda li, biex tkompli tissaħħaħ is-sistema tal-informatika u dik teknoloġika, il-kunsilli reġjonali jkollhom uffiċjal kull wieħed responsabbli mill-ICT.
Punti oħrajn f’dan ir-rapport huma li d-Diviżjoni taħtar persuna biex tara li l-kontenut tal-websajts ikun aġġornat regolarment u l-kwalità ta’ streaming live u on-demand tal-laqgħat tal-kunsilli tkun waħda tajba.