Il-Moviment Zgħazagħ tal-Partit Nazzjonalista, l-MZPN, ma jridx jiddikjara l-appoġġ tiegħu lejn l-Kap Nazzjonalista Adrian Delia.
It-Times of Malta rrappurtat li l-MZPN qegħdin jopponu li jaqblu ma’ rizoluzzjoni li permezz tagħha jiddikjaraw l-appoġġ lejn Adrian Delia li qiegħed jiffaċċja bosta sejħiet għar-riżenja wara li ħaġu fil-beraħ diversi allegazzjonijiet fosthom dawk ta’ ħasil ta’ flus.
Sorsi fil-Partit Nazzjonalista, li riedu jiqbgħu anonomi, qalu lit-Times li t-Tnejn filgħaxija se jitlaqqa’ l-Eżekuttiv tal-MZPN u l-futur ta’ Adrian Delia mistenni jkun fuq l-aġenda tal-laqgħa.
“Jekk se jittieħed vot fuq din il-materja, il-probabbilità se tkun li l-vot ikun simili bħal dak li ħa l-Kumitat Sezzjonali ta’ Tas-Sliema” – igifieri għaxar voti kontra Delia u tlett voti biss favurih qal wieħed mis-sorsi tal-Partit Nazzjonalista.
Sorsi li tkellmu mat-Times qalu li r-relazzjoni bejn l-MZPN u l-amministrazzjoni nazzjonalista marru mill-ħażin għall-agħar, minħabba fergħa ġdida oħra fil-partit magħrufa bl-isem ta’ Future Leaders.
Kif anki kien irraporta One News f’Novembru li għadda, It-Times irraportat li tal-MZPN kien heddew li jirrizenjaw kollha wara l-kunsill ġenerali ta’ Novembru minħabba li Delia beda jwarrabhom minħabba din il-fergħa.
L-MZPN huwa imexxi mill-President Joseph Grech u l-vici President Nicky Azzopardi. Kemm Grech kif ukoll Azzopardi huma esponenti qrib l-eks Kap Nazzjonalista Simon Busuttil u l-fazzjoni tiegħu.
Intant, it-Times irrappurtat ukoll kif kienu biss il-Moviment Nisa Partit Nazzjonalista u Solidarjeta Ħaddiema li ddikjaraw l-appoġġ tagħhom lejn Adrian Delia.
L-ILLUM, irrappurtat li Michael Fenech Adami kien l-uniku membru tal-Kulleġġ Kunsilliera Partit Nazzjonalista li vvota kontra l-Kap tal-PN Adrian Delia f’vot ta’ fiduċja li sar ftit jiem ilu fost il-membri tal-istess Kulleġġ.
Michael Fenech Adami huwa it-tifel tal-Eks Prim Ministru Eddie Fenech Adami u ħu d-deputat nazzjonalista Beppe Fenech Adami – li skont kif irrapportat l-istess gazzetta, qiegħed ikollu laqgħat sigrieta ma’ deputati nazzjonalisti biex iħeġġu lil Delia jirrikonsidra l-pożizzjoni tiegħu mit-tmexxija tal-partit.