Il-Unjin għall-Għalliema, l-MUT ħabbret li llum bejn il-11am u s-1pm, letturi li jgħallmu l-Junior College se jkunu qed joħorġu fuq strajk ordnat mill-unjin.
Dan filwaqt li għada l-istess letturi se jkunu qed joħorġu bi strajk ta’ ġurnata.
Dan sakemm ma jkunx hemm xi żblokk.
Dan tħabbar dalgħodu mill-President tal-MUT, Marco Bonnici quddiem il-Junior College.
Fil-konferenza tal-aħbarijiet huwa spjega kif il-unjin waslet għal dawn l-azzjonijiet industrijali minħabba li l-ftehim kollettiv tal-letturi li jgħallmu fil-Junior Collage mal-Università ta’ Malta ilu li skada minn Diċembru tal-2018.
Dan il-ftehim kollettiv qed jolqot madwar 160 lettur.
Is-Sur Bonnici tenna wkoll li fl-aħħar jiem, il-Ministru għall-Edukazzjoni Clifton Grima għamel tentattiv biex din is-sitwazzjoni tiġi żblukkata, madanakollu, il-President tal-MUT qal li ma kienx hemm progress minħabba t-twebbis ta’ ras ta’ xi wħud mill-Università.