Il-unjin tal-għalliema ordnat strajk tal-edukaturi għall-jumejn li ġejjin.
F’konferenza tal-aħbarijiet qasira llejla, il-President tal-MUT, Marco Bonnici qal li mhux jaqbel li l-iskejjel għandhom jiftħu biex jingħata t-tagħlim fil-klassi fil-jum ta’ għada u l-Ġimgħa.
Mistoqsi minn ONE News dwar x’kien il-parir tas-Supretendent tas-Saħħa Pubblika, il-Professur Charmaine Gauci, l-MUT qalet li l-Professur Gauci ma qalitx li l-iskejjel għandhom jingħalqu.