Il-Unjin tal-Għalliema, l-MUT qalet kif il-Gvern għandu jipposponi l-ftuħ tal-iskejjel, li mistennija jiftħu fl-aħħar ta’ dan ix-xahar.
Dan intqal waqt konferenza tal-aħbarijiet indirizzata mill-President tal-MUT Marco Bonnici.
Minkejja t-talba għall-posponiment, MUT ammettiet li bħalissa għadhom għaddejjin id-diskussjonijiet mal-Ministeru għall-Edukazzjoni.
Bonnici qal li din il-unjin ilha għaddejja b’laqgħat kontinwi minn Marzu li għadda meta ngħalqu l-iskejjel, fejn kellhom ħames xenarji – bit-tnejn li baqu kienu dawk tal-ftuħ mill-ġdid tal-iskejjel bi prekawzjonijiet jew li t-tagħlim jibqa’ offrut biss b’mod virtwali.
Huwa qal kif it-tagħlim virtwali huwa alternattiva imma mhux effettiv daqs l-edukazzjoni mogħtija fil-klassi.