L-Unjin għall-Għalliema, l-MUT, inawgurat l-ewwel uffiċċju tagħha f’Għawdex. L-uffiċċji, li jinsabu fir-Rabat, se jsaħħu l-preżenza tal-unjin fil-gżira tat-tliet għoljiet.
L-uffiċċju ġie inawgurat mill-President tal-MUT, Marco Bonnici, fil-preżenza tal-Ministru għall-Edukazzjoni, fost l-oħrajn.
Il-Ministru Grima feraħ lill-MUT u qal li, permezz ta’ dan l-uffiċċju f’Għawdex, il-bżonnijiet tal-membri Għawdxin tal-unjin qed jiġu indirizzati aħjar.
Waqt l-attività tal inawgurazzjoni, il-President tal-MUT stqarr li dawn l-uffiċini se jservu biex titjieb ir-relazzjoni tal-unjin mal-membri.
Bħala parti mill-attività, fil-post qed titissir ukoll wirja tal-arti viżiva bejn il-5 u t-13 ta’ Mejju. Il-wirja tinkludi xogħlijiet minn studenti tal-Iskola tal-Arti Viżwali u tal-Spettaklu f’Għawdex, li tagħmel parti mill-Kulleġġ Mikiel Anton Vassalli.