L-Unjin Maltija tal-Għalliema (MUT) ħabbret li, flimkien mal-Ministeru u l-entitajiet konċernati, ġew stabbiliti miri biex ikunu jistgħu jikkonkludu n-negozjati li għaddejjin fuq ftehim kollettivi tal-għalliema.
F’komunikat fuq il-websajt uffiċjali tagħha, l-unjin qalet li dawn il-ftehim jinkludu dak settorjali mal-Ministeru tal-Edukazzjoni, l-Istituzzjoni għall-Edukazzjoni, l-MCAST u l-ITS.
L-unjin qalet li issa li ġew stabbiliti dawn il-miri, serje ta’ laqgħat ġew diġà skedati u li għandhom iwasslu biex jiġu konklużi dawn il-ftehimiet.
L-MUT stqarret li, anke jekk dawn id-diskussjonijiet ma jirnexxux, se tkun qed tillimita l-attività f’sitwazzjonijiet li jirrikjedu intervent, waqt li avżat lill-membri tagħha biex iżommu mad-direttivi li jinħarġu minnha.