F’laqgħa li saret illum b’urġenza, il-membri tal-MUT aċċettaw il-proposta li saret mill-President Kevin Bonello biex isir working group li se jkun qed jappunta awdituri professjonali biex il-proċess tal-elezzjoni jinbeda mill-ġdid.
Dawn wara battibekk bejn iż-żewġ kandidati ta’ din l-elezzjoni, l-Viċi President tal-MUT Marco Bonnici u s-Segretarju Ġenerali Franklin Barbara, kellhom battibekk li wassal anke għal protest ġudizzjarju bil-membri kollha tal-bord li kienu se jmexxu l-elezzjoni jirriżenjaw kollha.
Fid-dawl ta’ dan il-President attwali tal-MUT, Kevin Bonello, sejjaħ laqgħa urġenti t-Tlieta biex tinstab soluzzjoni biex jiskatta l-proċess elettorali. Liema laqgħa wasslet għal ftehim li fi stqarrija, l-MUT spjegat li se jkunu qed joħorġu aktar dettalji dwar dan il-ftehim fil-jiem li ġejjin.